Balzmu, l-għażż balzmu mhux tartru. Tħaddet ma' min jaf sewwa xogħlu, Għaliex b'li qed tgħidli se ġġibni ħażin għaġeb! Il-morali ħxewni. Kemm nixtieq illi kont tifel imqareb. Kissru! Trid tkissru u tfarrku! Isħaqlu rasu b'għarqubek. Ħadd m'hu se jlumek jekk tieqaf tieħu belgħa te. Please għidli iva għax ma nafx kif nieħu l-le. Inti bħax-Xitwa, taqsamni fuq rkuptejk, Iġġibni skjav taħt riġlejk. Tħajjarni bi ftit mumenti ta' xemx fietla, Imbagħad, ix-xita u r-ragħad, Tgħoddosni fil-griż, biss xorta lejk grat, Għax iżżeffinni għada, iżżeffinni llum. Ġewnaħ jiena, ġewnaħ inti u ninqatgħu mill-irdum. Qatt mhu se nħallik tinbarax. Jekk tingiref indewwik, jekk titnikket nagħtik faraġ. Kebbes nar b'dil-fjamma qabel tmut, u jaqa' l-ksieħ. Nixtieq noqgħod maġenbek, biex niflu l-kwiekeb, Bil-ħoss kalm tal-baħar. Tini li ngħix. Tini li ngħix. Stinka, trid taħdem, tistinka, Biss inħoss li l-ferħ minn qalbi qed jiżvinta. Għandi l-ġid u saqaf fuq rasi. Nikteb id-diski biex forsi xi darba tagħti kasi. Naqdef fl-inżul u fit-tlajja'. Naqdef sa ma ngħajja. Naqdef bla ma ħadd ma jġegħlni; minn rajja. U issa naf fejn irrid nasal, jekk nasal. Nagħmel kuntrumbajsi biex tarani, Inkanta biex tismagħni, qed inteptep id-dawl, innutani. Biss forsi ntbaħt illi dal-flien difettuż, U tfajt ħarstek fuq ħaddieħor xi ftit iktar gustuż. Għidtli "tkunx needy magħha. Tkunx bħal imħara. Qisek ħaddiem illi mejjet għas-sahra." "Fre, din għalija impossibilta'. Kif jista' jkun? Ma nafx nirreċta. Minix attur". Jaf forsi nidher tajjeb, nidher sielem, Nidher bniedem mingħajr gdiedem, Nidher qisni xi iljun; qisni Mario il-brikkun. 'Mma jien biss selħa fil-ħajt tas-sejjieħ, U fi ħdanek nixtieq nistrieħ. U fi ħdanek nixtieq nistrieħ. Kebbes nar b'dil-fjamma qabel tmut, u jaqa' l-ksieħ. Nixtieq noqgħod maġenbek, biex niflu l-kwiekeb, Bil-ħoss kalm tal-baħar. Tini li ngħix. Tini li ngħix. Tini li ngħix. Tini li ngħix.