Kishore Kumar Hits

Brodu - Is-Sengha Tal-Imhabba lyrics

Artist: Brodu

album: Tfejt


Int togħġbok il-moħqrija
Twaddabni 'l hemm u 'l hawn
B'kelma ttellagħni l-ġenna
Ma ndumx wisq ma ninżel l-art.
Inti fjura selvaġġa
Inti l-bidu u t-tmiem
Ejja missni u fejjaqni
Inti d-duwa, jiena l-ġdiem.
Għajnejk iħarsu lejja
Fommok ma jkellimnix
U donnok trid xi ħaġa tgħidli
U għall-mistħija ma tgħidlix.
Is-sajjied mingħajr il-qasba
In-nassab mingħajr ix-xbiek
Għallimni s-sengħa tal-imħabba
Forsi qalbi tistrieħ.

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists