Id-diqa ħelwa ta' filgħaxija Twennisni, timlieli l-vojt. Did-diqa ħelwa kollha għalija U tiegħi hi biss. Dejjem tara x'tagħmel u x'tivvinta kull filgħaxija. Biex tissaħħaħ dejjem taf li s-sema hemm. Għax widnejja kollha faħam, widnejja kollha faħam. Ninġabru flimkien. Did-diqa ħelwa xej' ma fiha, Kitarra u sigarett. Waħdi haw' fuq fil-gallarija, Bil-ħajja fil-bogħod. Għax bil-kalma żgur li tiġi. Dejjem isma' ħalli tiġi. Għax did-dalma żgur li titlaq bis-serħan. Id-diqa ħelwa ta' filgħaxija Twennisni, timlieli l-vojt. Tipprova ddeffes denbha l-ħtija. Dejjem tara x'tagħmel u x'tivvinta kull filgħaxija. Biex tissaħħaħ dejjem taf li s-sema hemm. Għax widnejja kollha faħam, widnejja kollha faħam. Ninġabru flimkien.