Kishore Kumar Hits

Brodu - Il-Gorf lyrics

Artist: Brodu

album: Tfejt


Imxejt bil-kwiet f'mogħdija bl-ifjen trab
Taħti l-Ġorf dalwaqt se jibla' l-blat.
Ġa kważi dalam, 'l haw ma jersqux nies
Ħlief fil-karozzi biex jaħxu fis-skiet.
Hemm kamra monument wara tant snin
Il-ħruq ġo sidri u is-swaba' kesħin.
Ħsibt li fottejtek, għamiltlek ħażin
Intbaħt li kont tgħammidt bl-ilma tal-bir.
Rit: Għidli, fej' kont tkun inti dak iż-żmien?
Fiċ-chewing gum fil-baħar li jagħrax l-ilsien.
Fil-ħobż biż-żejt, fis-sjesta, fil-kuntatti taħt il-friex
Li lanqas melħ ta' baħar miftuħ ma jfejjaq.
Tidher kuntenta ferm f'dak ir-ritratt
Xej' ma jiddispjaċini mill-pass li kont ħadt.
Hemm żibel mormi u fjuri fil-viċin,
U nifhem 'l għala m'aħniex ta' xulxin.
Irrid inħares lejk, narak mill-bogħod,
Għax fil-preżenza tiegħek qed nirtogħod.
O baħar kbir ejja tini bis-sieq.
Ftit diqa ħelwa hu dak li nixtieq.

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists