Kishore Kumar Hits

Brodu - Kanzunetta Biex Timla lyrics

Artist: Brodu

album: Tfejt


Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.
Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta flok pirmla.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin,
Biex forsi jħenn għalina l-bambin.
Din kanzunetta kontra l-monotonija,
Għax m'għandix ħeġġa mmur sa Sqallija.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.
Żrajt il-qamħ nibtet sikrana,
żrajt ix-xgħir nibet ħafur.
Minn x'ħin jisbaħ sa ma jidlam,
Nikkonfondi fej sa mmur.
Xita għamlet bir-riħ isfel.
Fej' se mmorru nirtiraw?
Immorru s'għand il-furnara,
U biċċa ftira niddubbaw.
Il-Ġenna ma tmurx bid-dgħajsa,
U lanqas tmur bil-karozzin.
Għax il-Ġenna mhix ix-Xgħajra
U lanqas hija Xrobb l-għaġin.
Kemm nixtieq inbusek bewsa,
U tal-bewsa nħallas lira.
Għax il-lira tmur u tiġi,
U il-bewsa tibqa' tifkira.
Qalu l-baħar jieħu u jagħti.
Lili ħadli u ma tanix.
Ħadli lill-maħbub ta' qalbi,
Tlabtulu u ma tahulix.
Mp3 minflok quddiesa,
Kaxxa pizza flok insum,
Mixi biex inkeċċu x-xjaten.
Terapija għal erbgħin jum.
Għandi għoqla fuq l-istonku,
U ma nistax nara ċar.
Moħħi issa ddallam sewwa.
Fittex ħudni lejn id-dar.
Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin,
Biex forsi jħenn għalina l-bambin.

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists