Bumm bumm il-bieb Ġie l-Kavallier, Jistiendnek barbikju l-Armier. Ikla iklun mal-kandidat, Il-galantom tal-elettorat. B'daqxejn ta' ġlekk u ngravata, Fuq il-fuljett dejjem gustuż. Wiċċu tewmi mal-patata. Ħeġġa żferanata, Skond il-burdata. Ma rridx noqgħod niskomodak, Rajt kif għamilt u ġejt narak. Għandek daqxejn tifkira. X'ċuċ hu l-attur tat-teledramm, Botta u r-risposta f'kull programm. Moħħu miftuħ, Bniedem tar-ruħ. Tiksuħ bid-demel, U jibqa' jfuħ. Lest li jaqdik mill-koxxa. Basta Waddablu 'one' ġewwa l-kaxxa, Xbin se titpaxxa, Kemm se jitpaxxa. Illum ftit għandi ħin għalik, Jekk tgħaddi għada żgur naqdik Issa kif qieghed fiż-żifna. Ħudli b'idejja, Ħu ritratt ħdejja. Jekk joħroġ mhux ħażin, Indendluħ il-każin. Ħalli f'idejja. Piż fuq spallejja. Bit-tajjeb u l-ħażin, Twikkejt bijja għall-ħames snin. ... Nikxfu l-borma tal-kawlata, U ssibek lest bil-kuċċarun. Terġa' tasal il- ... Lesti l-patata. L-elett m'għadx għandu ħin għalik. Għandek xorti jiftakar fik. Wiċċek mhux ġdid. Imma issa, Naħsel idejja, Nfarfar spallejja. Niskanzaw il-ħażin, Bil-grazzja tal-Bambin. Ħallejt f'idejja, U 'l dawk ta' ħdejja. Għidtlek jien mhux ħażin, Mill-poplu maghżulin. Naħsel idejja, Nfarfar spallejja. Niskanzaw il-ħazin, Bil-grazzja tal-Bambin. Ħallejt f'idejja, U 'l dawk ta' ħdejja. Għidtlek jien mhux ħażin ...