Xħin inqum filgħodu mingħalija Li llum ġurnata bħall-oħrajn Xrift inħares ftit mill-gallarija Maltempata riesqa f'ħakka t'għajn Napprezzaw, u ta' kuljum Għax ta' malajr, ir-riefnu jqum Il-bir ifur, itiru t-tjur Li hemm fil-qalb, ngħożż żgur! Sajjeta fil-bnazzi bla avviż Tħoss 'il qalbek tieqaf f'sema griż Le din mhijiex ħolma, verita' Sakemm taċċettaha li realta' Kulħadd l-istess u m'hemmx re jew reġina Fl-istess miżien, ħadd mhu aħjar minn ħadd Iċ-ċens fih tmiem xi darba ser jagħlqulna Ħadd wara Ħadd għad tasal ta' kulħadd Napprezzaw, u ta' kuljum Għax ta' malajr, ir-riefnu jqum Il-bir ifur, itiru t-tjur Li hemm fil-qalb, ngħożż żgur! Sajjeta fil-bnazzi bla avviż Tħoss 'il qalbek tieqaf f'sema griż Le din mhijiex ħolma, verita' Sakemm taċċettaha li realta' Paċi u hena, jum ġdid sebaħ Wara l-maltemp, jiġi l-bnazzi Tama ġdida, tfeġġ qawsalla Minn qiegħ qalbi, ngħidlek grazzi Le din mhijiex ħolma, verita' Sakemm taċċettaha li realta'