Kemm hu sabiħ li f'dell is-sħab imtaqqal Biex tara d-dlam żagħżugħ, għajnejk tagħlaqhom Kemm hu dabiħ li torqod u tistenbaħ U tibqa tara d-dlam għalkemm tiftagħhom Ħsibt Kemm hu sabiħ li tgħix u tgħajjex darba F'ħin wieħed biss, ġo ħin li ma jafx b'temma Kemm hu sabiħ li tgħix żagħżugħ għal dejjem Għax huwa ż-żmien li jisrad kulma ksibt Ħalliha x-xemx fi tlugħha bħall f'inżulha Issibek tmelles riħ iċ-ċparijiet Ħallieħ il-qamar jilgħab ma l-isbula Tal-qamħa li trid tmut biex trod ħajjiet Kemm hu sabiħ li titla l-qċaċet kollha U tinżl f'l-idlam wied f'qiegħan moħbija Kemm hu sabiħ li minsi tkun mill-folla U ismex isir wens għal qalbek biss Ħalliha x-xemx fi tlugħha bħall f'inżulha Issibek tmelles riħ iċ-ċparijiet Ħallieħ il-qamar jilgħab ma l-isbula Tal-qamħa li trid tmut biex trod ħajjiet Kemm hu sabiħ jekk jisbaħ bla ma jidlam Jew jidlam bla ma l-qalb bil-biza' tħabbat Kemm hu sabiħ jekk tibqa tiddi l-kewkba Sa jsib il-port sajjied fuq mewġ isabbat Ħsibt Kemm hu sabiħ li tibqa tgħix sa l-aħħar U l-aħħar jisfa l-bieb biex terġa tibda Kemm hu sabiħ dal-kliem la darba nemmnu U nemmnu, naf, għax lilu f'għanja ktibt