Int li ddawwal lejl mudlam, Int li ħajti mlejt u d-dwejjaq sar duħħan, Sakemm hawn int, noħlom ma nixba' qatt, Sakemm hawn inti f'ħajti, żgur ma jidħol ħadd. U issa qum, dur, iżfen u Dawwarni ma' dar-ritmu Li jwassalna kullimkien B'idek f'idi int u jien. U erġa' dur, dur għax dan hu ż-żmien Li nuru d-dinja kollha Li l-imħabba l-isbaħ fjur Li timla l-ħajja kull kulur... iżfen u dur. Int li dewwaqtni dan il-ġmiel, Int li tħares biss biex kuntent inkun jien, Sakemm hawn int, inħossni ffortunat, Int kewkba li mis-sema, spiċċajt hawnhekk fl-art. U issa qum, dur, iżfen u Dawwarni ma' dar-ritmu Li jwassalna kullimkien B'idek f'idi int u jien. U f'dan iż-żmien li sirna ta' xulxin, Inti tiegħi u jien tiegħek għal dejjem magħqudin. Qum, dur u iżfen Qum, dur u iżfen Qum, dur u iżfen Qum, dur u iżfen U issa qum, dur, iżfen u Dawwarni ma' dar-ritmu Li jwassalna kullimkien B'idek f'idi int u jien. U erġa' dur, dur għax dan hu ż-żmien Li nuru d-dinja kollha Li l-imħabba l-isbaħ fjur Li timla l-ħajja kull kulur U issa qum, dur, iżfen u Dawwarni ma' dar-ritmu Li jwassalna kullimkien B'idek f'idi int u jien.