Kishore Kumar Hits

Bernie and Pod - Helwa Tal-Ghageb lyrics

Artist: Bernie and Pod

album: Helwa Tal-Ghageb


Ilmaħtek fil-bogħod titbissem fil-kwiet
Tidħakli bis-serqa, saħħartni bis-skiet
Imfawwar bil-ġmiel
Bħall-ġamar fil-lejl
Dak il-wiċċ
Int ġawhra tad-dinja f'ħajti twelidt
Bħal djamant mill-isbaħ, li fl-aħħar jien sibt
Bit-tjieba u bl-għożża
Int l-aqwa ġojjell
Ta' kull żmien
Ħelwa tal-għaġeb
Idħakli fis-skiet
Fl-imħabba urini
Li tħobbni bla tmiem
Ħelwa tal-għaġeb
Idħakli fis-skiet
Fl-imħabba urini
Li tħobbni bla tmiem
Int fjura mill-isbaħ, kulur fjurit
Li tfewwaħ u ssebbaħ qlub imsewdin
Twarrad f'Rebbiegħa
Int l-isbaħ għalija
B'dak il-ġmiel
Bexxaqtli xofftejk u ħmaru ħaddejk
ħallejtni nintilef fil-ħarsa t'għajnejk
F'dan in-namur
Inħoss li int żgur
Il-futur
Ħelwa tal-għaġeb
Idħakli fis-skiet
Fl-imħabba urini
Li tħobbni bla tmiem
Ħelwa tal-għaġeb
Idħakli fis-skiet
Fl-imħabba urini
Li tħobbni bla tmiem
Ħelwa tal-għaġeb
Idħakli fis-skiet
Fl-imħabba urini
Li tħobbni bla tmiem bla tmiem

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists