Qrajtha Fil-kotba jgħidulek mas-snin Li l-kuntentizza timxi man-norma u mal-ħin U dak li hu stramb bilfors hu ħażin Bħallikieku l-imħabba tqis bil-kejl u bl-użin Iżda jiena biss naf il-mod kif kien jaf Jaqsam il-ħsieb bejn tnejn Kif jista' jkun inkunu ħbieb u daqshekk Iċċempilli, tistaqsini, "kif inti?," u daqshekk U fejn taqta l-linja u fejn tispiċċa daqshekk U kif għandek il-qalb tgħidli, "qalbi, issa daqshekk"? Dejjem tgħallimt li trid tuża l-ħsieb Biex l-emozzjoni li taħkmek tgħalqilha l-bieb Ir-regoli tal-ħajja mniżżla f'xi ktieb Li min jgħid li qrah mhu xejn ħlief giddieb Iżda jiena biss nifhem Il-mod kif kien jifhem Bla ma ngħidlu xejn Kif jista' jkun inkunu ħbieb u daqshekk Iċċempilli, tistaqsini, "kif inti?," u daqshekk U fejn taqta l-linja u fejn tispiċċa daqshekk U kif għandek il-qalb tgħidli, "qalbi, issa daqshekk"? Kif jista' jkun inkunu ħbieb u daqshekk Titbissimli, issellimli fit-triq u daqshekk U jekk dak li għedna u li wegħedna fisser daqshekk Kif mank kellek il-wiċċ tgħidli f'wiċċi Issa daqshekk