Kishore Kumar Hits

Corazón - Fid-Dar Tan-Nanna lyrics

Artist: Corazón

album: Hawn Jien


Kif tidħol tapit aħmar twil,
Tħossok dħalt ġo palazz.
Fl-intrata ssib gradenza kbira
Msakkra bil-katnazz
U fuqha gwarniċ maħdum
Bid-deheb u l-iskultura
U l-mara ta' ġo fih tistħajjilha
ħierġa mill-pittura.
Fid-dar tan-nanna...
Hemm xafunier tal-kawba
Mgħotti b'doiler irrakkmat,
U għadd kbir ta' ritratti
Li jfakkruha fil-passat
Ta' meta laħqu t-tfal,
Meta hi qagħdet parrina,
Meta ommi qagħdet
Bridesmaid fit-tieġ tal-kuġina.
Fid-dar tan-nanna...
Salott antik mgħotti bil-plastik
Borma ttektek fuq in-nar,
Grandfather clock li xħin idoqq
Tħossu jriegħed id-dar,
U tlett itfal jilagħbu noli
Jistaħbew fid-dellijiet
Li joħolqu l-purtieri
Li ħitulha z-zijiet.
Fid-dar tan-nanna...
Fit-taraġ raġel bit-turban,
F'idu bozza tal-kamin.
U taħtu senduq fond
Fejn isakkru t-tfal imqarbin.
Mal-ħajt hemm kurċifiss
Li bħalu ma tantx issib
"Meta tgħaddi minn quddiemu
Qis li troddlu s-salib."
Fid-dar tan-nanna...
Fil-kċina t-televixin żgħir
Minn dawk ta' bla kulur
Tixegħlu hi u titwi l-ħwejjeġ
Ta' ġol-friskatur.
"U isa, Corazon, issa ħallik
Minn dak il-ktieb
Għaliex dalwaqt se jidlam,
Ejja b'siġġu wara l-bieb."
Fid-dar tan-nanna...
Salott antik mgħotti bil-plastik
Borma ttektek fuq in-nar,
Grandfather clock li xħin idoqq
Tħossu jriegħed id-dar,
U tlett itfal jilagħbu noli
Jistaħbew fid-dellijiet
Li joħolqu l-purtieri
Li ħitulha z-zijiet.
Fid dar tan nanna...
Salott antik mgħotti bil-plastik
Borma ttektek fuq in-nar,
Grandfather clock li xħin idoqq
Tħossu jriegħed id-dar,
U tlett itfal jilagħbu noli
Jistaħbew fid-dellijiet
Li joħolqu l-purtieri
Li ħitulha z-zijiet.
Mid-dar tan-nanna
Xtara sehem l-aqwa kuntrattur
U tella' blokk flettijiet
Armati fuq l-ultramodern
U b'ħafna kumditajiet
U dawk it-tlett itfal imqarba,
Wara l-purtieri moħbijin
Illum ifittxu fejn jilagħbu
'żda qed jaħbtu ma' xulxin!

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists