Kishore Kumar Hits

Kantera - Mis-Sema 'l Isfel lyrics

Artist: Kantera

album: Mis-Sema 'l Isfel


Darba ngħixu, ħajja waħda nfittxu is-suċċess
Nagħmlu x'nagħmlu xorta nispiċċaw taħt iċ-ċipress
Għal kull għadma ssib mitt kelb fil-pika ma' ħaddieħor
Kilba ma xxebbagħha qatt, bl-iskuża tal-progress
Xejn ma hu etern
Ħlief ġenna u infern
Fuq l-art lil qalbek torbotha ma' xejn
Iżfen u għix il-mument
Tkun l-aktar bniedem kuntent
Ħajtek rigal, taħlihiex
Illum hawn, għada m'aħniex
X'jiswa tgħix fil-lussu bil-kavjar u bix-xampanja
Mimli stress bla ċans imqar ta' dawra fil-kampanja
Kemm aħjar trankwilla l-ħajja, te u żewġ pastizzi
Fis-sempliċità u tieħu kollox biż-żufjett
Tivvintax inkwiet
Biex tfawwar il-bwiet
Jekk taqa' id-dinja warrbilha min-nofs
Iżfen u għix il-mument
Tkun l-aktar bniedem kuntent
Ħajtek rigal, taħlihiex
Illum hawn, għada m'aħniex
Kanta u kun pożittiv
Jiemek jisbieħu, u kif!
Il-mewġ iħabbat ħallih
Mis-sema 'l isfel gawdih

Iżfen u għix il-mument
Tkun l-aktar bniedem kuntent
Ħajtek rigal, taħlihiex
Illum hawn, għada m'aħniex
Kanta u kun pożittiv
Jiemek jisbieħu, u kif!
Il-mewġ iħabbat ħallih
Mis-sema 'l isfel gawdih

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists