Kishore Kumar Hits

Kantera - Tkun 'l Hawn Għaddi lyrics

Artist: Kantera

album: Tkun 'l Hawn Għaddi


Innutajt kemm jiġri ż-żmien?
Xogħol war'ieħor bla waqfien
Qatt ma nsibu ftit tal-ħin għalina stess
Bla paċenzja għal xulxin
Ġirja waħda kontra l-ħin
Gass mal-pjanċa, ta' kuljum jiżdied l-istress
F'dir-rutina kemm se ndumu
Uri fehmtek tinħebiex
Ejja 'l hawn u agħmel bħali
B'ħafna ħidma titgħabbiex
Tinkedd xejn, m'hemmx għalfejn
Ieqaf ftit, għal hawn m'aħniex
Ħalli rasek fejn issibha
Tkun 'l hawn għaddi, l-bieb miftuħ
Poġġi, l-ftira sħuna tajba
Flixkun aħmar inniżżluh
Darba ngħixu, tinkwetax
Toqol żejjed la terfax
Kull mument rigal, tkunx int li tirvinah
Bix-xogħol żejjed ħotba ssir
Gawdi ħajtek, tkunx ilsir
Ħudha frank illum għax għada ħadd ma rah
Tħalli qatt id-dinja tirkbek
Itfi l-mobile, tinħeliex
Jekk irid iċempel għada
Tirrispondi m'hemmx għalxiex
Minn din l-art m'għandna xejn
Ħu ftit brejk, għal hawn m'aħniex
Ħalli rasek fejn issibha
Tkun 'l hawn għaddi, l-bieb miftuħ
Poġġi, l-ftira sħuna tajba
Flixkun aħmar inniżżluh
Ponn karawett waqt logħba karti
Ċajta jew tnejn
Grokk mal-kafè... ħajja ta' Rè
Ħalli rasek fejn issibha
Tkun 'l hawn għaddi, l-bieb miftuħ
Poġġi, l-ftira sħuna tajba
Flixkun aħmar inniżżluh
Ħalli rasek fejn issibha
Tkun 'l hawn għaddi, l-bieb miftuħ
Poġġi, l-ftira sħuna tajba
Flixkun aħmar inniżżluh

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists