Persjana tal-lum, javżak bla ma jdum Il-ħbieb, jekk qamux, fejn qegħdin u ma' min Min juri ritratt x'se jiekol fi platt Kulħadd, fi ftit ħin isir jaf fuq xulxin Ħasra li ssib min Mezz jużah ħażin Wara l-keyboard jgħaddi kollox u kliemu ma jomgħodx Wisq negattiv Xi kultant kattiv U biex jgħid xi ħaġa jikteb fuq in-nies bl-addoċċ Bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid Billi l-kliem bħaċ-ċirasa ma tgħidx li trid Mill-ħbieb li jkellmuna le nabbużaw Biex flok lil ħaddieħor niffastidjaw Il-ġid nawguraw Għad-divertiment, mil-lvant u l-punent Iżżid aktar minn ħabib wieħed fis-suq Tkun taf il-ġrajjiet tal-aħbarijiet Mill-grawnd, malajr jgħidlek min qiegħed minn fuq Qabel kull kumment Oqgħod ftit attent Kelma nieqsa aħjar minn żejda, tagħmel żgur suċċess Għax l-uġigħ iżid Lill-batut, marid Min jaf kieku dak li ktibt kien fuq familtek stess? Wassal ix-xewqat Taffi l-weġgħat Aħseb qabel tikkummenta u kun pożittiv Bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid Billi l-kliem bħaċ-ċirasa ma tgħidx li trid Mill-ħbieb li jkellmuna le nabbużaw Biex flok lil ħaddieħor niffastidjaw Il-ġid nawguraw X'tagħmel m'għandekx, poġġejt bilqiegħda Illoggjajt bdejt tqalleb, ma' min se tehda? Il-burdata nzertat waħda mhux mit-tajbin Kull m'qed jitla' quddiemek, qed tara kollox ħażin!! Il-kuxjenza qed tniggżek, la tkunx negattiv! Għandek dritt tikkritika basta b'mod kostruttiv Jekk l-għeneb ma lħaqtx, qatt tgħid li hu qares Għax qares kemm hu qares, aħjar tiekol milli tħares! Kelma żejda lanqas għall-avukat jaf ma tkun ta' vantaġġ B'kelma tajba jaf bl-aqwa mod twassal messaġġ! Tinħebiex wara l-liberta' tal-espressjoni Minn titlu jew ritratt tasalx għal konklużjoni! Tiblax kull ma tisma' u tara fil-midja soċjali U attent kif tużaha jaf issir midja letali!! Qis mitt darba u aqta' darba! Tiegħek innifsek kun is-sid! Ftakar li bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid Bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid Billi l-kliem bħaċ-ċirasa ma tgħidx li trid Mill-ħbieb li jkellmuna le nabbużaw Biex flok lil ħaddieħor niffastidjaw Il-ġid nawguraw