Jintasbu biswit il-qronfol Kif tbatti x-xemx sajfija Daqqet mota l-Ave Maria Tliet kitarri jintunaw Mal-ħemda l-ġmiel tan-noti Titqanqal is-simpatija Sole Mio, Santa Luċija Mare Chiare C'est si bon Tliet kitarri u mandolina Leħen jidwi filgħaxija Nostalġija karamelli Qrib il-Wied tal-Isperanza (Instrumental) Il-bniedem li dar id-dinja U vjaġġa l-ibliet magħrufa Qasam l-ibħra, ra l-muntanji Ma jnessukx il-ġmiel dik l-art Ix-xewqa tal-kuntentizza Ta' ħajja mingħajr problemi Hi l-ħolma li tidwi f'ruħna Taf tkun qrib bla ma nindunaw Tliet kitarri u mandolina Leħen jidwi filgħaxija Nostalġija karamelli Qrib il-Wied tal-Isperanza Raxx ta' memorji għaddejjin Donnha x-xita nieżla Min jaf x'sar minnhom tul is-snin Kont nieħu gost nisma' Tliet kitarri u mandolina Leħen jidwi filgħaxija Nostalġija karamelli Qrib il-Wied tal-Isperanza