Kishore Kumar Hits

The Travellers - Ħdejja lyrics

Artist: The Travellers

album: Inżul U Tlajja’


Dawn ħsibijiet żgħar, jaħarqu bħal nar
Jgħaddu ta' kuljum, jroxxu dmugħ, jagħmlu ċpar
Inħoss wisq għalik, dawn xjaten mhux żgħar
Nerġa' nistaqsik, x'nagħmel jien, dak li naf
Ersaq ejja ħdejja, nieħu ħsiebek jien
Inwegħdek li ser nikbru u mmutu t-tnejn flimkien
M'għandekx għalfejn tibża', x'hemm ġej fil-futur
Għax pinna sewda niktbu, x'kulur dan se jkun
Ersaq ejja ħdejja
Nixtieq li kuljum, li jisbaħ mill-ġdid
Innissel f'xufftejk, ferħ u tbissim
Inħoss wisq għalik, dawn xjaten mhux żgħar
Nerġa' nistaqsik, x'nagħmel jien, dak li naf
Ersaq ejja ħdejja, nieħu ħsiebek jien
Inwegħdek li ser nikbru u mmutu t-tnejn flimkien
M'għandekx għalfejn tibża', x'hemm ġej fil-futur
Għax pinna sewda niktbu, x'kulur dan se jkun
Nixtieq li nkun naf ngħinek, nixtieq li tkun aħjar
Iżd' aktar ma nipprova, nagħmel kollox agħar.
Żgur mhux l-intenzjoni li nwassal dan l-għaġir
Xejn ma rrid ħlief, innissillek ftit tbissim

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists