Kishore Kumar Hits

The Travellers - Siġġu Vojt lyrics

Artist: The Travellers

album: Inżul U Tlajja’


Kemm seta' kelli, forsi xi seba' snin,
Niftakar ċar, konna quddiem id-dar.
Ġurnata pjuttost xitwija, b'sema iswed skur,
Donnu li dak il-jum, kien diġà mimli dmugħ.
U għaddiet f'ħakka t'għajn bħal berqa billejl,
Riħa ta' ħruq u dmija fuq ix-xufftejn.
Kellimni papà! B'għajnejk it-tnejn miftuħin
Iżda ġismek mitluq, maqbud qalb il-ħadid.
Qabduni minn wara u kaxkruni 'l bogħod,
Ommi bdiet tibki, tgħajjat, tirtogħod.
U f'kemm ilna ngħidlek spiċċajna l-isptar
Iħeġġuni ngħid ċaw, lilek papà!
Jien hawn, għalik.
La tibżax,
Ejja nimxu din il-mixja id f'id.
Inwiegħdek żgur mhux ser ninsik
Għax miegħek qed nagħmel patt
Li nħalli siġġu vojt, dejjem għalik.
Kemm seta' kelli, forsi xi tletin,
Tiskanta kif xi kultant jgħaddi l-ħin.
Soqt id-dar waħdi bil-mija u għoxrin,
Wara balla xorb, u ftit drogi.
U hekk f'ħakka t'għajn rajt kollox idur,
Niftakar hu biss li kien hemm raġel maqtul.
Ibnu jwerżaq, dmija fuq ix-xufftejn,
Kellimni papà, ċaqlaq idejk!
Qabduni minn wara u kaxkruni 'l bogħod,
Tefgħuni ġo ċella waħdi nirtogħod.
Dat-tifel sar orfni bħalma orfni kont jien,
Kellu jmur fuq missieru jgħidlu dal-kliem.
Jien hawn, għalik.
La tibżax,
Ejja nimxu din il-mixja id f'id.
Inwiegħdek żgur mhux ser ninsik
Għax miegħek qed nagħmel patt
Li nħalli siġġu vojt, dejjem għalik.

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists