Kif ilmaħt din l-art, fuq dawn l-ilmijiet Għaddew ix-xhur u għaddew il-jiem Qsamt dawn l-ibħra fost daw' il-ħafna nies Fuq baħar blu, vjaġġ bla qies. Ħassejt lil ruħi tħallini ftit, Spiċċajt f'dinja oħra f'qiegħ ta' bir, Mingħajr familti fost ħafna xkiel Għajjatt għal għajnuna. Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien! Jekk tgħidli ftit x'kont, kont tagħmel int? Kont tagħmel bħal zijiet, nanniet. Meta art twelidhom ma kellhiex biex Spiċċaw f'art oħra jħabbtu l-bieb. Dawn ġew mifhuma għax huma nies Mhux ġew maqfula bħal xi qattiel Ġejt hawn biex nitlaq minn ħafna inkwiet Għajjatt għal għajnuna. Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien! Umani flimkien!