Kishore Kumar Hits

The Travellers - Ilkoll Flimkien lyrics

Artist: The Travellers

album: Iljuni Fis-Silġ


Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied
Xejn mhu ser iżommna, lanqas
Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ
Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied
Jekk tifhem x'jgħidu l-kwiekeb 'il-qamar tul il-lej'
Tagħraf minn fejn telaq is-sħab, fejn sejjer, fej'
Tirfes kull mogħdija, itterraq kullimkien
Tkellem 'il kull ħlejqa li tikber fil-ħolqien
Togħdos fl-ibħra kollha u tmiss qiegħ l-oċean
Titla' kull muntanja u titfi kull vulkan
Tifhem lil kull siġra u tkellem lil kull fjur
Torqod ma' kull dudu u tqum ma' kull għasfur
Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied
Xejn mhu ser iżommna, lanqas
Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ
Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied
Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied
Xejn mhu ser iżommna, lanqas
Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ
Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied

Jekk tgħodd in-numri kollha u taf kull alfabett
Tħott kull teorema u żżarma kull kunċett
Jekk togħxa b'kull tbissima u tokrob b'kull uġigħ
Toftoq il-kliem kollu u ssib is-sens li fih
Jekk taf kif kien il-bidu u kif se jkun it-tmiem
Taf kull fuq, kull isfel, kull wara, kull quddiem
Il-ħajja mistoqsija miġbura f'elf għaliex
U ssirlek poeżija jekk int ma tweġibhiex
Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied
Xejn mhu ser iżommna, lanqas
Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ
Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied
Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied
Xejn mhu ser iżommna, lanqas
Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ
Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied

Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied
Xejn mhu ser iżommna, lanqas
Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ
Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied
Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied
Xejn mhu ser iżommna, lanqas
Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ
Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists