Kishore Kumar Hits

Freddie Portelli - Ghall Dejjem lyrics

Artist: Freddie Portelli

album: Viva Malta: Freddie Portelli's Greatest Hits


Iva issa jien sejjer il-bogħod
Ser ikolli imur jiena bil-mod
Iżda lilek ma ninsa qatt
Inħobbok jien nibqa għal dejjem
Imbikkma lilek qed narak
Kemm qed ninkwetak
Iżda bla ma rrid ikolli immur
Għal dejjem
Iva issa wasal il-mument
Għalkemm bik miegħi jien kuntent
Waslet is-siegħa, sar il-ħin
U kontra qalbi jkolli nitlaq
Iżda għalkemm sejjer jien illum
F'qalbi inti tkun
U imħħabti għalik tibqa l-istess
Għal dejjem
Iva ser ikolli inħallik
Iżda nibqa niftakar fik
Għalkemm ħajti waslet fit-tmiem
F'ruħi int tibqa ssaltan dejjem
F'ħajti inti lili ħabbejt
Miegħi dħakt u bkejt
Wasal issa t-tmiem, ser ikolli immur
Għal dejjem
Issa qed inħossni nirtogħod
Saħħti qedgħa tonqos bil-mod
Tini jdejk qabel immur
Ħalli nħossok għall-aħħar darba
Prova kun soda u tibżax
Qalbek le taqtax
Fis-sema inkun nitlob għalik
Għal dejjem
Sa kemm int ukoll tkun ħdejja hemm
Għal dejjem

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists