Ħekk kif ix-xemx Bdiet nieżla l-isfel Ħarist u dlonk jien f'takart fik U lilli nifsi bdejt nistaqsi Min jaf x'kien għadda minn għalik Niftakar jien kont ksirtlek qalbek Meta min nofs lillek warrabt Bid-dmugħ f'għajnejk pruvajt tfissirli Iżda għalxejn int bkejt għax jien tlaqt Iżda llum jiena ergajt lura għalik Għax naf li int ma kellekx tort Kien ġiddeb dak li qalu fuqek il-hbieb Issa naf li ma kellekx tort Iva issa jiena ergajt lura Fittixtek sew ma' kullimkien Għarrixt it-toroq forsi insibek Iżda ma stajt narak imkien Sirt naf li int kont innoċenti Iva li int ma kellekx tort Kien gideb dak li qalu fuqek il-ħbieb Issa naf li int ma kellekx tort Fl-aħħar sibt xwejjaħ u staqsejtu Qalli li lilek kienu ħaduk U li qabel tlaqt semmejt ismi Iżda issa fil-qabar niżżluk Taħt dik l-irħama f'qabrek qeda bla ħoss Qalbek maqsuma int hemm mort Min jaf kemm xtaqt tkellimni qabel tlaqt Biex tgħidli li int ma kellekx tort Biex tgħidli li int ma kellekx tort Biex tgħidli li int ma kellekx tort Biex tgħidli li int ma kellekx tort