Kishore Kumar Hits

SterjoTipi - Mostri lyrics

Artist: SterjoTipi

album: Mostri


Miet issa dak iż-żmien
Li tibni dar u trabbi familja
Appartamenti u gabubi kullimkien
Karozzi u ġenn joħonqu d-dinja
Se jibnu ħdejna, se jwelldu mostru
Li jiekol minn fuq rasna, jaħbilna x-xemx
Għalxejn nibku u nagħmlu l-buli
Għax raġuni u sens komun donnu m'hemmx
Issa donnu l-ħin
Li takkwista u tikxef għawwarek
U agħmel lil sidek paladin
Lupu iswed iħuf madwarek
Se jibnu ħdejna, se jwelldu mostru
Li jiekol minn fuq rasna, jaħbilna x-xemx
Għalxejn nibku u nagħmlu l-buli
Għax raġuni u sens komun donnu m'hemmx
Jaħbulna x-xemx
Jaħbulna x-xemx
Il-mostri... jaħbulna x-xemx
Jaħbulna x-xemx
Jaħbulna x-xemx
Li kieku nindunaw x'qed nagħmlu 'l art twelidna!
Kif mhux nindunaw x'qed nagħmlu 'l ommna?
Għalxejn il-ħamra u l-bajda inti tbusha
Jekk prudenza lejn ommok int m'intix tuża!
Jaħbulna x-xemx
Jaħbulna x-xemx

Поcмотреть все песни артиста

Other albums by the artist

Similar artists